Kif jaħdem il-kalkolatur tal-inflazzjoni personali?

Kif jaħdem il-kalkolatur tal-inflazzjoni personali?

Il-kalkolatur tal-inflazzjoni personali jiddetermina r-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek abbażi tax-xejra tal-konsum tiegħek. Alloka l-infiq tiegħek ta’ kull xahar fid-diversi kategoriji ta’ oġġetti u servizzi biex issir taf bir-rata tal-inflazzjoni tiegħek. Imbagħad tista’ tqabbel ix-xejra tal-infiq tiegħek mal-medja f’pajjiżek.

Pass 1: Agħżel il-pajjiż fejn tgħix

Agħżel pajjiżek biex tqabbel ir-rata tal-inflazzjoni tiegħek mal-medja nazzjonali. Tista’ wkoll tqabbel ir-riżultati tiegħek mar-rati ta’ inflazzjoni ta’ pajjiżi differenti taż-żona tal-euro u mar-rata ta’ inflazzjoni għaż-żona tal-euro kollha kemm hi.

Pass 2: Daħħal id-dettalji dwar ix-xejra ta’ nfiq personali tiegħek

Daħħal l-infiq tiegħek fit-12-il kategorija ewlenin. Jekk trid kalkolu aktar dettaljat tista’ tuża wkoll is-subkategoriji biex tkompli taqsam il-konsum tiegħek. Ipprovdi l-aħjar stimi għal kategoriji li fihom spejjeż relattivament rari iżda għoljin. Għall-karozzi, iddividi l-prezz totali tax-xiri li ħallast għal karozza ġdida jew użata bl-għadd ta’ xhur li qed tippjana li tużaha. Pereżempju, jekk qed tippjana li tuża l-karozza tiegħek għal sitt snin, jiġifieri 72 xhur (6 x 12 = 72).

Pass 3: Ir-riżultati tiegħek

Iskrollja ’l isfel biex tara r-rata uffiċjali ta’ inflazzjoni għall-perjodu ta’ żmien magħżul u r-rata ta’ inflazzjoni personali tiegħek. Id-differenza bejn iż-żewġ rati tindika jekk ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek hijiex ogħla jew aktar baxxa mir-rata uffiċjali tal-inflazzjoni. Tista’ tara wkoll liema oġġetti u servizzi rreġistraw l-akbar bidla fir-rati ta’ inflazzjoni individwali tagħhom. L-istampi li jidhru f’“Il-basket tal-konsum personali tiegħek” u “L-istorja tal-inflazzjoni personali tiegħek” juru x-xejra ta’ nfiq personali tiegħek meta mqabbla mal-valuri korrispondenti tal-HICP u jimmappjaw ir-rata ta’ inflazzjoni personali tiegħek matul iż-żmien.

X’dejta juża l-kalkolatur?

Sabiex tistma r-rata ta’ inflazzjoni personali tiegħek, il-kalkolatur jeħtieġ id-dejta li ġejja: l-ammont medju ta' kull xahar li tonfoq fuq oġġetti u servizzi (trid iddaħħal din id-dejta int stess) u dejta dwar żviluppi fil-prezzijiet ta' oġġetti u servizzi mixtrija minnek (il-kalkolatur jikseb din id-dejta awtomatikament mill-iStatistical Data Warehouse tal-BĊE).

Id-dejta dwar in-nefqa tal-konsum tiegħi tinħażen?

Id-dejta dwar in-nefqa tal-konsum tiegħek ma tinħażen imkien. Il-kalkolatur juża biss dejta ġdida mdaħħla. Jekk tħassar xi ċifri li ddaħħal jew tagħlaq il-kalkolatur, dan mhux se “jiftakarhom”.

Kemm tiġi aġġornata d-dejta użata fil-kalkolatur tal-inflazzjoni personali?

Id-dejta dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet użata fil-kalkolatur tal-inflazzjoni personali titniżżel mill-iStatistical Data Warehouse li jaġġorna d-dejta dwar l-inflazzjoni kull xahar. Dan ifisser li l-frekwenza tal-aġġornament tad-dejta użata mill-kalkolatur hija wkoll kull xahar.

Kif tiġi kkalkulata r-rata tal-inflazzjoni personali?

L-istima tar-rata tal-inflazzjoni personali hija ċifra li tiġbor fil-qosor il-bidliet fil-prezzijiet tal-oġġetti u s-servizzi kollha li persuna tixtri. Jekk individwu jixtri aktar oġġetti u servizzi li jirreġistraw żidiet fil-prezzijiet ogħla, ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħu tkun ogħla mir-rata ta’ xi ħadd li jixtri aktar oġġetti u servizzi b’żidiet iżgħar fil-prezzijiet. Ir-rata tal-inflazzjoni personali hija kkalkulata bħala medja “ppeżata” tar-rati tal-inflazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi kollha kkunsmati minn persuna waħda. Il-piżijiet huma ugwali għall-ishma tan-nefqa mdaħħla minnek.

Il-kalkolatur jipprovdi stima perfettament preċiża tal-inflazzjoni personali?

Il-kalkolatur jipprovdi stimi personali tal-inflazzjoni, iżda biex ikun perfettament preċiż, jeħtieġ li jinkorpora d-dejta kollha li ġejja:

· Il-prezzijiet attwali ta’ kull prodott u servizz li jinxtara

· Il-prezzijiet tas-sena ta’ qabel għal kull prodott u servizz li jinxtara

· L-ammont ta’ kull xahar li jintefaq fuq kull prodott u servizz individwali

Għalhekk, għalkemm huwa possibbli li tiġi kkalkulata rata ta’ inflazzjoni personali assolutament preċiża, dan ikun jeħtieġ sforz addizzjonali sinifikanti biex tinkiseb id-data kollha.

Tista’ ssib kalkolaturi tal-inflazzjoni simili fuq is-siti web ta’ wħud mill-istituti nazzjonali tal-istatistika taż-żona tal-euro u tal-banek ċentrali nazzjonali:

Banek ċentrali:

Oesterreichische Nationalbank

Lietuvos bankas

Istituti nazzjonali tal-istatistika:

Statistik Austria (l-Awstrija)

Statistikaamet (l-Estonja)

Tilastokeskus (il-Finlandja)

Insee (Franza)

Destatis (il-Ġermanja)

Central Statistics Office (l-Irlanda)

Centrālā statistikas pārvalde (il-Latvja)

Lietuvos statistika (il-Litwanja)

Instituto Nacional de Estatística (il-Portugall)

Statistični urad (is-Slovenja)

Instituto Nacional de Estadística (Spanja)

Kalkolatur tal-inflazzjoni personali

Ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek

icon Kif titqabbel ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħi mar-rata uffiċjali?

L-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) huwa bbażat fuq basket tax-xiri medju ta’ oġġetti u servizzi li jirrifletti l-infiq tal-unitajiet domestiċi kollha fiż-żona tal-euro. Madankollu, id-drawwiet ta’ nfiq ta’ kull unità domestika individwali huma differenti. Dan ifisser ukoll li jirreaġixxu b’modi differenti għall-bidliet fil-prezzijiet ta’ oġġetti u servizzi individwali. Il-kalkolatur tal-inflazzjoni personali jippermettilek tiskopri r-rata tal-inflazzjoni tiegħek stess u tqabbilha mar-rata uffiċjali tal-inflazzjoni f’pajjiżek.

Dan il-kalkolatur tal-inflazzjoni personali jiddetermina r-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek abbażi tad-drawwiet tal-konsum tiegħek. Tista’ tqabbel ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek mal-HICP u tara x’impatt ikollhom l-oġġetti u s-servizzi li normalment tixtri fuq ir-rata tal-inflazzjoni tiegħek.

Ibda billi tagħżel pajjiżek u qabbel ir-riżultati tiegħek hawn taħt: Kif tużaha

Klassifikazzjoni ta’ oġġetti u servizzi Inflazzjoni annwali fi Marzu (%) Il-konsum medju tiegħek fix-xahar (EUR) Il-basket tal-konsum personali tiegħek
0. Indiċi totali 1.3 Inflazzjoni medja tal-HICP fil-pajjiż magħżul tiegħek
1. Ikel u xorb mhux alkoħoliku 0.7
1.1. Ikel 0.7
1.2. Xorb mhux alkoħoliku 0.6
2. Xorb alkoħoliku u tabakk 2.7
2.1. Xorb alkoħoliku 0.4
2.2. Tabakk 4.3
3. Ħwejjeġ u żraben -1.3
3.1. Ħwejjeġ -1.2
3.2. Żraben -1.9
4. Djar, ilma, elettriku, gass u fjuwils oħrajn 1.6
4.1. Kiri attwali għad-djar 1.2
4.3. Manutenzjoni u tiswija tal-abitazzjoni 1.5
4.4. Provvista tal-ilma u servizzi mixxellanji marbuta mal-abitazzjoni 1.5
4.5. Elettriku, gass u fjuwils oħrajn 2.3
5. Għamara, tagħmir tad-dar u manutenzjoni regolari tad-dar 0.8
5.1. Għamara u arredamenti, twapet u kisi ieħor għall-art 1.5
5.2. Tessuti għad-dar -0.2
5.3. Appliances għad-dar 0.7
5.4. Oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u tad-dar 0.9
5.5. Għodod u tagħmir għad-dar u l-ġnien 0.2
5.6. Oġġetti u servizzi għall-manutenzjoni regolari tad-dar 0.4
6. Saħħa 0.2
6.1. Prodotti, apparat u tagħmir mediku 0.3
6.2. Servizzi għall-pazjenti ta’ barra -0.5
6.3. Servizzi ta’ sptar 1.8
7. Trasport 3.5
7.1. Xiri ta’ vetturi 1.7
7.2. Tħaddim ta’ apparat tat-trasport personali 4.9
7.3. Servizzi ta’ trasport 0.8
8. Komunikazzjoni -1.7
8.1. Servizzi postali 2.0
8.2. Apparat tat-telefon u t-telefax -8.2
8.3. Servizzi tat-telefon u t-telefax -0.9
9. Divertiment u kultura 1.7
9.1. Tagħmir awdjoviżiv, fotografiku u tal-ipproċessar tal-informazzjoni -0.8
9.2. Apparat ewlieni ieħor li jdum iservi għar-rikreazzjoni u l-kultura 1.4
9.3. Oġġetti u apparati oħrajn għar-rikreazzjoni, il-ġonna u l-annimali domestiċi 1.5
9.4. Servizzi ta’ rikreazzjoni u kulturali 1.2
9.5. Gazzetti, kotba u kartolerija 1.7
9.6. Vaganzi organizzati -1.1
10. Edukazzjoni 0.1
10.1. Edukazzjoni qabel il-primarja u primarja 1.7
10.2. Edukazzjoni sekondarja 1.3
10.3. Edukazzjoni wara s-sekondarja mhux terzjarja -0.4
10.4. Edukazzjoni terzjarja -2.4
10.5. Edukazzjoni mhux definibbli skont il-livell 1.2
11. Ristoranti u lukandi 0.7
11.1. Servizzi ta’ catering 1.4
11.2. Servizzi ta’ akkomodazzjoni -2.0
12. Oġġetti u servizzi mixxellanji 1.7
12.1. Kura personali 1.1
12.3. Effetti personali mhux ikklassifikati mkien ieħor 1.3
12.4. Ħarsien soċjali 4.1
12.5. Assigurazzjoni 0.2
12.6. Servizzi finanzjarji mhux ikklassifikati mkien ieħor 3.9
12.7. Servizzi oħrajn mhux ikklassifikati mkien ieħor 1.5
Konsum fil-pajjiż magħżul tiegħek
Il-konsum tiegħek
% tal-konsum totali fix-xahar

 

wallet

Ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek

trends

L-akbar bidliet fil-prezzijiet

Ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek fi [xahar] [sena] kienet ogħla mir-rata medja tal-inflazzjoni tal-HICP fil-pajjiż magħżul tiegħek, minħabba li qattajt inqas mill-medja fil-grupp(i) ta’ konsum li ġejjin: [Gruppi].

Ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek fi [xahar] [sena] kienet ogħla mir-rata medja tal-inflazzjoni tal-HICP fil-pajjiż magħżul tiegħek, minħabba li qattajt inqas mill-medja fil-grupp(i) ta’ konsum li ġejjin: .

Ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek fi [xahar] [sena] kienet inqas mir-rata medja tal-inflazzjoni tal-HICP fil-pajjiż magħżul tiegħek, minħabba li qattajt iżjed mill-medja fil-grupp(i) ta’ konsum li ġejjin: [Group].

Ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek fi [xahar] [sena] kienet inqas mir-rata medja tal-inflazzjoni tal-HICP fil-pajjiż magħżul tiegħek, minħabba li qattajt inqas mill-medja fil-grupp(i) ta’ konsum li ġejjin: [Gruppi].

Ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek fi [xahar] [sena] kienet l-istess bħar-rata medja tal-inflazzjoni tal-HICP fil-pajjiż magħżul tiegħek.

Oġġetti u servizzi bl-ogħla inflazzjoni fil-pajjiż magħżul tiegħek fi [xahar] [sena].

Oġġetti u servizzi bl-ogħla inflazzjoni fil-pajjiż magħżul tiegħek fi [xahar] [sena].

-.-%

Inflazzjoni personali

1.3%

Inflazzjoni medja tal-HICP fil-pajjiż magħżul tiegħek

7.2. Tħaddim ta’ apparat tat-trasport personali 4.9%

2.2. Tabakk 4.3%

12.4. Ħarsien soċjali 4.1%

8.2. Apparat tat-telefon u t-telefax -8.2%

10.4. Edukazzjoni terzjarja -2.4%

11.2. Servizzi ta’ akkomodazzjoni -2.0%



Eur

Il-basket tal-konsum personali tiegħek

% tal-konsum totali fix-xahar

Presentatino

Ir-rata tal-inflazzjoni personali tiegħek

Perċentwali mqabbla mal-prezzijiet sena ilu


Sorsi: Lietuvos bankas u l-istatistika uffiċjali tal-Eurostat