L-"Istatistika taż-żona tal-Euro" hija sit tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema.
Is-sit għandu l-għan li jiffaċilita l-interpretazzjoni, l-użu u t-tqabbil tal-istatistika nazzjonali u dik taż-żona tal-euro. Jippreżenta l-istatistika b’mod viżiv, juża termini li jinftiehmu faċilment u jinsab bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.
Min juża l-"Istatistika taż-żona tal-Euro" jista’ faċilment iniżżel statistika jew jaqsamha ma’ ħaddieħor billi jinkorpora l-grafika f’siti oħra permezz tal-posta elettronika jew il-midja soċjali. Din il-funzjonalità tista’ tkun siewja għall-mezzi elettroniċi tal-aħbarijiet u l-gazzetti. Għalhekk int mistieden taqsam din l-għodda jew tinkorporaha fis-sit tiegħek.
L-istatistika hija disponibbli pubblikament f’bażijiet tad-dejta tal-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali u l-Eurostat, u tista’ taraha fuq kompjuters personali, tablets u mobajls. Tiġbor fiha sett bażiku ta’ statistika uffiċjali li se jiġi estiż ftit ftit skont id-domanda.
Dan huwa sit ġdid. Ibagħtilna l-kummenti tiegħek hawn: statistics@ecb.europa.eu.
Sors tad-dejta
Statistika nazzjonali u taż-żona tal-euro li tinsab fl-iStatistical Data Warehouse
Pubblikazzjonijiet oħra u filmat
Kif terġa' tuża l-grafika
Statistika tal-BĊE: ħarsa fil-qosor
Statistika: stqarrijiet għall-istampa
Ara l-filmat bl-isem “Statistics - news you can use”
Serje Dokumenti Statistika BĊE
Is-Serje Dokumenti Statistika (SPS) tiġbor fiha metodoloġiji u kunċetti marbuta mal-istatistika tal-banek ċentrali kif ukoll temi u tekniki ġodda tal-istatistika. Is-serje tiġi ppubblikata biex tistimola d-diskussjoni u tgħarraf lill-komunità internazzjonali tal-istatistika dwar ħidma li ttejjeb l-istandards metodoloġiċi, bil-għan aħħari li toħroġ statistika komparabbli tal-aħjar kwalità miż-żoni ekonomiċi u l-pajjiżi kollha.
Mudell kollaborattiv
Dan is-sit għandu l-għan li jtejjeb l-interpretazzjoni u l-aċċessibbiltà tal-istatistika. Jaħdem bil-funzjonalitajiet mibdijin u maqsumin mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD). Ara Qabbel pajjiżek. Organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu fl-istatistika huma mħeġġin jissieħbu f’dan il-mudell kollaborattiv.
Ċaħda
Il-permess huwa hawnhekk mogħti, bla ħlas, lil kull persuna li tikseb kopja tax-xogħol u fajls ta' dokumentazzjoni assoċjati (is-"Softwer"), biex tipproċessa s-Softwer mingħajr restrizzjoni, inkluż mingħajr limitazzjoni d-drittijiet għall-użu, kopja, modifika, għaqda, pubblikazzjoni, distribuzzjoni, subliċenzjar, u/jew bejgħ ta' kopji tas-Softwer, u biex jippermettu lil persuni li lilhom jingħata s-Softwer biex jagħmlu dan, bla ħsara għall-kundizzjonijiet li ġejjin.
Is-softwer huwa pprovdut "kif inhu", mingħajr garanzija ta' kwalunkwe tip.
Fl-ebda każ m'għandu l-awturi jew id-detenturi tad-drittijiet ikunu responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni, ħsarat jew responsabbiltà oħra, sew jekk f'azzjoni kuntrattwali, ta' tort jew mod ieħor, li toħroġ minn, jew b'konnessjoni mas-softwer jew l-użu jew ipproċessar ieħor fis-softwer.
Is-softwer huwa mibni fuq u flimkien mal-OECD. Ara wkoll iċ-Ċaħda OECD Disclaimer.
Il-BĊE/OECD ma jaċċettax responsabbli għal kwalunkwe replikazzjoni tal-kontenut tas-Softwer, jew kwalunkwe forma oħra ta' distribuzzjoni mill-ġdid.
Statistika Żona tal-Euro huwa servizz mogħti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema. Int mistieden taqsam din l-għodda ma’ ħaddieħor jew tinkorporaha fis-sit tiegħek.
Is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) hija marbuta li tipprovdi l-istatistika tagħha bla ħlas bħala servizz pubbliku tal-aqwa kwalità, irrispettivament minn kull użu kummerċjali jew mhux kummerċjali sussegwenti.
L-istatistika pubblika kollha tas-SEBĊ tista’ terġa’ tintuża bla ħlas sakemm jissemma s-sors (Sors: Statistika Żona tal-Euro) u l-istatistika (inkluża l-metadejta) ma tiġix mibdula.
Is-SEBĊ tħaddan politika ta’ aċċess u użu bla ħlas għall-istatistika pubblika li toħroġ, skont il-kundizzjonijiet taċ-Ċaħda u drittijiet tal-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali.
L-Eurosistema
European Central Bank
Banque nationale de Belgique / Nationale Bank van België
Deutsche Bundesbank
Eesti Pank
Central Bank of Ireland
Τράπεζα της Ελλάδος
Banco de España
Banque de France
Hrvatska narodna banka
Banca d’Italia
Κεντρική Τράπεζα της Κύπρου
Latvijas Banka
Lietuvos bankas
Banque centrale du Luxembourg
Central Bank of Malta / Bank Ċentrali ta’ Malta
De Nederlandsche Bank
Oesterreichische Nationalbank
Banco de Portugal
Banka Slovenije
Národná banka Slovenska
Suomen Pankki / Finlands Bank